Taħt il-wiċċ: Esplorazzjoni tal-Wirt Moħbi tal-Ewropa (2027)

Jum ta' skavar arkeoloġiku f'Palauet Nolla, Meliana, mal-Volontiera Ewropej għall-Wirt

L-Esplorazzjoni tal-Wirt Moħbi hija stedina biex naraw l-Ewropa b'dawl ġdid. Billi niskopru dak li kien moħbi, niksbu għarfien fil-kumplessitajiet tal-passat komuni tagħna, fir-reżiljenza tal-komunitajiet, u fl-istejjer li ffurmaw il-preżent. Dan jħeġġiġna nisimgħu, nirriflettu, u ninvolvu ruħna mal-wirt b'modi immersivi, emozzjonali, u parteċipattivi.

Il-Jumijiet tal-Wirt Ewropew 2027 Taħt il-wiċċ: Esplorazzjoni tal-Wirt Moħbi ta' l-Ewropa jistieden lil kulħadd biex jiskopri dak li ma deherx, jisimgħu dak li ma smiegħux, u jikkonnettjaw ma' dawk li nsew. B'hekk, niżguraw li l-wirt divers ta' l-Ewropa jkompli jispira, jinforma, u jiggwida lill-ġenerazzjonijiet futuri.

Ritratt: Jum ta' skavar arkeoloġiku f'Palauet Nolla, Meliana, mal-European Heritage Volunteers, ARAE Patrimonio y Restauracion, Spanja 2024